Mara ta’ 52 sena li kienet qed issuq il-vettura li baqgħet dieħla fi klassi ta’ skola primarja f’Sydney, bil-konsegwenza li qatlet żewġ subien, qed tiġi akkużata li saqet b’negliġenza u li saqet b’mod perikoluż tant li kkawżat imwiet.
Maha Al-Shennag kienet qed issuq vettura tat-tip Toyota Kluger meta baqgħet dieħla fi klassi ta’ skola primarja li fiha kien hemm 24 studenti, bil-konsegwenza li qatlet żewġ subien u darbet aktar minn 20 persuna.
Żewġ subien ta’ tmien snin inqatlu wara li karozza baqgħet dieħla fi klassi ta’ skola primarja f’Sydney.
Ix-xufier tal-karozza ttieħdet fl-għassa tal-pulizija bl-awtoritajiet qalu li ma jemmnux li l-każ kien wieħed intenzjonat.