Wara li matul l-aħħar jiem beda x-xogħol fi Triq il-Kanun Santa Venera, illejla fit-20:00, il-kuntrattur ta’ Transport Malta se jibda jagħti saff tal-asfalt.
Ix-xogħol se jibqa’ għaddej sal-05:00 ta’ filgħodu u t-triq tinfetaħ matul il-ġurnata biex ix-xogħol jerġa’ jkompli matul iż-żewġt iljieli ta’ wara. Partijiet mit-triq se jkunu magħluqa bejn it-20:00 u l-05:00 ta’ filgħodu, kull lejl.
Mhux se jkun hemm aċċess għall-vetturi kollha, inklużi dawk tat-trasport pubbliku, minn naħa tal-kwartieri tal-Bank of Valletta waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet. Partijiet oħra tat-triq jingħalqu skont l-esiġenza tax-xogħol.
Is-sewwieqa qed jiġu avżati biex isibu rotot alternattivi, isegwu s-sinjali temporanji tat-traffiku u jsuqu bil-galbu.