Kien mat-tokki tas-14:30 li l-Professur Anthony Zammit ingħata l-aħħar tislima.
Fost il-mijiet li mlew il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ biex isellmu l-memorja ta’ Zammit, kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat.
“Kien bniedem ġentlom f’kull qasam. Il-fatt li kien dejjem jikkontribwixxi b’onestà u ġenwinità kbira f’dak kollu li wieħed kien jitkellem miegħu. L-iktar li kont nafu mil-lat politiku bħala Membru Parlamentari fil-Grupp Parlamentari Laburista u nista’ ngħid li dik kienet tolqotni. Il-ġenwinità tiegħu f’dak kollu li jagħmel. Il-fatt li tmur tħabbatlu x’ħin tmur tħabbatlu ħa jiftaħlek. Niftakar kemm kien iddispjaċieh ħafna bil-mod li kien ġie trattat fl-irtirar tiegħu imma ma kienx bitter. Baqa’ jsegwi u jara kif jaqdi lin-nies, isegwihom f’saħħithom u anki meta kien rappreżentant tagħhom.” – Joseph Muscat
ONE News isellem u jirringrazzja lill-Professur Anthony Zammit, u jesprimi l-kondoljanzi mal-qraba kollha tiegħu.