Persuni armati attakkaw stazzjon televiżiv fil-kapitali Afgana, Kabul, b’rapporti qed jgħidu li nqatlu u ndarbu xi persuni.
Xhieda qalu li l-aggressuri attakkaw billi daħlu fil-kwartieri ġenerali tat-televiżjoni, Shamshad.
Xandar tal-istazzjon, li rnexxielu jaħrab qal li l-aggressuri għadhom fuq ġewwa tal-binja, bl-isparaturi għadhom qed jinstemgħu.
Aktar minn mitt ħaddiem huma maħsuba li jinsabu fuq ġewwa tal-binja.