Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-Ġappun jista jispara missili tal-Korea ta’ Fuq ‘il barra mill-ajru bl-apparat military li nxtara mill-Istati Uniti.
Il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzo Abe żied jgħid li pajjiżu jista jinterċetta missili jekk ikun hemm bżonn, u żied li huwa involut dirett fil-ftehim.
Iż-żewġ mexxejja kienu qed ikellmu lill-ġurnalisti fi tmiem l-ewwel żjara statali ta’ Trump fil-Ġappun.
Fl-aħħar xhur, il-Korea ta’ Fuq sparat missili fuq il-Ġappun f’żewġ okkażjonijiet.