L-eks mexxej Katalan Carles Puigdemont u erba’ eks-Ministri kienu lliberati taħt numru ta’ kundizzjonijiet minn imħallef fil-Belġju.
L-imħallef qal li huma ma jistgħux jitilqu mill-pajjiż mingħajr permess u jridu jagħtu d-dettalji ta’ fejn qed joqgħodu.
Il-ħames persuni taw lilhom infushom lill-pulizija Belġjana wara mandate t’ arrest tal-Unjoni Ewropea maħruġa minn imħallef Spanjol.
Puigdemont ħarab lejn il-Belġju wara li Madrid impona tmexxija diretta fuq Katalunja wara li kienet saret dikjarazzjoni tal-indiependenza.
Qal li mhux se jirritorna lejna Spanja jekk ma jingħatax smigħ ġust.
Il-ħamsa huma mfittxija minn Spanja biex jaffaċċjaw akkużi relatati ma’ ribelljoni, sedizzjoni u użu ħażin tal-fondi pubbliċi.
Huma issa mistennija jidhru fil-qorti tal-Belġju fi żmien ħmistax-il jum. Il-belġju għandu massimu ta’ sittin jum biex jirritorna lill-ħamsa lejn Spanja, iżda jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet legali, dan jista jsir iktar malajr.