B’referenza għall-artiklu ppubblikat il-Ħadd fil-gazzetta il-mument, dwar pazjenti li skont il-gazzetta qegħdin jingħataw kura fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei, il-managment tal-istess sptar jisħaq li din mill-ġdid hi storja vvintata.
Fil-fatt huwa kompletament mhux minnu illi f’Mater Dei hemm pazjenti jingħataw kura fil-kurituri. Mhux minnu lanqas li ssir xi tip ta’ pressjoni fuq l-istaff mediku biex il-pazjenti jintbagħtu lura fi djarhom kemm jista’ jkun malajr. Il-pazjenti li jidħlu fl-Isptar Mater Dei jdumu fl-istess sptar kemm titlob il-kundizzjoni tagħhom. Bi ftit mistoqsijiet lill-awtoritajiet konċernati, il-ġurnalist Joe Mikallef kien jagħti stampa vera lill-qarrejja tiegħu u mhux kif għamel illum qarraq bihom.