Żewġ persuni nqatlu u ħdax oħra ndarbu wara li raġel armat spara tiri lejn folla żgħira ta’ nies li attendew għal kunċert fi provinċja fil-Punent tal-Awstrija.
Il-Pulizija Awstrijaka qalet li wara li għamel dan, ir-raġel spara u qatel lilu nnifsu.
L-isparatura li seħħet mal-lejl seħħet wara li r-raġel ta’ 27 sena kien irrapurtat li aktar kmieni kien involut f’argument ma’ mara f’parkeġġ.
Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.
Intant, fl-Awstrija stess, għaddejjin l-elezzjonijiet li jistgħu jwasslu biex l-Unjoni Ewropea tara l-ewwel president tal-lemin estrem jekk Norbert Hofer jirbaħ it-tieni ronda tal-elezzjonijiet.
It-tellieqa qiegħda bejn Hofer, li hu mill-Partit tal-Ħelsien, u bejn il-kandidat indipendenti Alexander Van der Bellen, li għandu l-appoġġ tal-Ħodor.
Hofer rebaħ l-ewwel ronda tal-elezzjonijiet, iżda ma rnexxilux jirbaħ il-maġġoranza assoluta.