Dulċier lokali se jirrappreżenta lil pajjiżna fl-Arabja Sawdija, hekk kif intagħżel minn kumpanija internazzjonali, biex jagħmel esebizzjonijiet tal-materjal li din tipproduċi.Tiziano Cassar, ta’ tletin sena ilu s-snin jagħmel il-kejkijiet, u issa ntagħżel minn kumpanija barranija li tipproduċi materjal dekorattiv tal-kejkijiet, biex ikun l-ambaxxatur tagħha.
Il-kumpanija, bl-isem ta’ Bakels, tibgħat maniġers madwar id-dinja, biex ifittxu dulċiera ta’ livell għoli, u minn dawn jintagħżel wieħed, li jesebixxi l-materjal tal-kumpanija.
Għaldaqstant f’Novembru se jitla’ l-Arabja Sawdija, biex f’fiera internazzjonali jżejjen il-kejkijiet bil-materjal ta’ din il-kumpanija. Jidher li din l-esperjenza ta’ ġimgħa mhux se tkun l-aħħar waħda għalih, hekk kif spjegalna li l-maniġers tal-kumpanija diġà qed jikkordinaw miegħu, biex wara l-Arabja Sawdija jitla’ postijiet oħra bħall-Ġordan u l-Palestina.
Naturalment, din iġġib magħha ċertu sfidi.
Għal Tiziano, dan hu unur kbir. U l-unur li se jirrappreżenta lil pajjiżna, saħansitra wasslu biex jibdew l-uniformijiet tad-dolċerija tiegħu, dik ta’ Primavera, biex fuqhom jinkludi l-isem tal-kumpanija barranija, u l-bandiera Maltija.