B’investiment ta’ €1,600 ġnien abbandunat ġie mibdul fi spazju rikreattiv. Dan kien proġett tal-Kunsill lokali taż-żgħażagħ ta’ Ħaż-Żebbuġ b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ.
Il-librerija fil-beraħ għandha aċċess għall-WiFi u wieħed jista’ anki jissellef il-kotba.
Ir-rinnovazzjoni tal-ġnien bdiet madwar sena ilu u jinkludi ħafna materjal riċiklat, kif ukoll tħawwil ta’ pjanti u siġar.
Ġnien Lorenzi f’Ħaż-Żebbuġ.kien inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima.
Huwa faħħar l-inizjattiv ta’ librerija fil-beraħ u qal li l-kotba jkattru l-immaġinazzjoni li twassal għall-ideat li minnhom jinbtu l-proġetti. Grima qal ukoll li b’dan il-proġett iż-żgħażagħ qed jitrawmu biex jagħtu sehemhom fis-soċjetà.