Il-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil huma negattivi u jipprovaw jgerrxu l-investiment. Dan huwa l-unika kollass f’pajjiżna – il-kollass fil-politika tal-PN li togħxa fin-negattività u bitterness lejn dak kollu li sejjer tajjeb.
Fi staqrrija, il-Partit Laburista qal li meta jgerrex l-investiment u dak kollu li sejjer tajjeb u pożittiv f’pajjiżna, Simon Busuttil ikun qed jaħdem kontra l-familji Maltin u Għawdxin u kontra n-negozji kollha.
Permezz ta’ investimenti bħalma huma il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment u l-pjan għall-enerġija li l-Partit Nazzjonalista għadu kontrihom, bosta familji qed jgħixu aħjar.
Ir-rapport tal-Caritas, kif diġà wriet il-Eurostat, juri li l-faqar naqas grazzi għall-ħolqien tax-xogħol.
“It-tnaqqis fil-faqar huwa ċertifikat ta’ soċjetà aktar ġusta minkejja li Simon Busuttil ma jridx jaċċetaha.”
Li kien għal Simon Busuttil dan kollu jintilef għall-familji Maltin u Għawdxin . Dan hu l-unika kollass li għandu l-Partit Nazzjonalista u Simon Busuttil, temm jgħid il-Partit Laburista.