Il-proposta tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, li jkun hemm ‘moratorium’ fuq il-kaċċa fuq il-gamiema, mistennija tkun diskussa fil-Kabinett tal-ġimgħa d-dieħla.
Kabinett li normalment jiltaqa’ fl-ewwel nofs tal-ġimgħa. Kien kelliem għall-uffiċju tal-Prim Ministru li kien ikkwotat jgħid dan mill-ġurnal KullĦadd. Dan mitlub jirreaġixxi għall-proposta li saret mill-federazzjoni tal-kaċċaturi li kienet appoġjata wkoll mill-Għaqda Kaċċaturi San Ubertu.
Il-proposta tal-FKNK saret fid-dawl tat-tħassib li jeżisti dwar il-gammiema u l-fatt li din qed tkun meqjusa bħala speċi vulnerabbli. Għalkemm l-FKNK iċċarat li “l-moratorium mhux xi ħaġa permanenti u jista’ jitneħħa fi kwalunkwe ħin.”
Minkejja dan f’attitudni responsabbli l-FKNK ma injoratx dak li għaddej fuq livell Ewropew, anke jekk fl-istess ħin kienet ċara d-dikjarazzjoni li għandu jieqaf it-theddid tal-Kummissjoni Ewropea.