- ‘Il fuq minn 4,000 sigarett interċettati dan il-lejl;
- Sigaretti tal-kuntrabandu jinbiegħu lil residenti anzjani f’dar tal-anzjani;
- Fi store ta’ bar fiċ-ċentru tal-Ħamrun jinstabu wkoll sigaretti tal-kuntrabandu
Kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:30, Uffiċjali tad-Dwana għamlu sejba ta’ eluf ta’ sigaretti tal-kuntrabandu li kienu qed jinbiegħu f’dar tal-anzjani.
Din is-sejba saret f’dar tal-anzjani f’Sa Maison wara rapporti li waslu li kienu jindikaw li r-residenti anzjani kienu qed jiġu offruti sigaretti tal-kuntrabandu mill-management tad-dar.
Tfittxija estensiva minn Uffiċjali tad-Dwana tat ir-riżultat hekk kif fl-uffiċċju tal-istabbilament instabu 2,820 sigarett li fuqhom ma kienitx tħallset it=-taxxa tas-sisa. Is-sigaretti li instabu kienu dawn:
2,680 sigarett tal-kuntrabandu tal-marka Richman;
40 tal-marka Business Royals;
40 tal-marka American Legend;
20 tal-marka Rothmans;
20 tal-marka Royals; u
20 tal-marka Brand.
Sadnaittant, tfittxija li saret il-bieraħ filgħaxija fl-istore ta’ ħanut tax-xorb fiċ-ċentru tal-Ħamrun instabu 1,200 sigarett ieħor tal-kuntrabandu tal-marka Business Royals’ King Size.
Id-Dipartiment tad-Dwana għal darba oħra jtenni li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu penali fiskali ħorox, konfiska tal-mezz tal-ġarr, konfiska tal-mezz tal-ħażna u, saħansitra, anki kkunsidrata piena karċerarja.
L-appell pubbliku tad-Dipartiment tad-Dwana għall-għajnuna, fil-kampanja ta’ infurzar li qed iniedi, hu li wieħed jista’ jċempel b’mod anonimu fuq 2568 5124 jew 2568 5200, qed iħalli l-effett tiegħu.