F’dik li kellha tkun dimostrazzjoni Nazzjonali, inġabru esponenti tal-Partit Nazzjonalista fosthom Richard Cachia Caruana li uża d-dimostrazzjoni biex jidħak daħka ma’ Fr. Joe Borg. Preżenti ukoll kien hemm l-MEP David Casa li minkejja li mar din id-dimostrazzjoni, fil-Parlament Ewropew ivvota favur emendi li “jagħtu daqqa ta’ ħarta lill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia” kif qalet l-MEP Franċiża Virginie Roziere . Għal din id-dimostrazzjoni li għaliha ma kellux ikun hemm politikanti fuq quddiem, kien hemm ukoll Simon Busuttil, Chris Said, Karol Aquilina u Robert Arrigo fost oħrajn. Kif jidher fir-ritratti għal darb’oħra, il-loġistika ta’ din id-dimostrazzjoni f’Tas-Sliema ħa ħsieba Michael Fenech Adami. Biex dik li suppost kienet protesta nazzjonali inġabru għaliha dawk li jiġbdu l-ispag fi ħdan l-establishment Nazzjonalista li jorkestraw kollox.