Stqarrija maħruġa mill-FIAU wieġbet artiklu ta’ The Times, dwar żewġ applikazzjonijiet li fetħet b’mod leġittimu quddiem it-Tribunal Industrijali.
Il-każ idur dwar ex-impjegat tal-FIAU, Jonathan Ferris, li permezz tal-avukat tiegħu qed jargumenta li ġie mkeċċi inġustament.
Madankollu l-FIAU spjegat li hi resqet il-każijiet tagħha quddiem it-Tribunal mhux biex tagħlaq ħalq l-ex-impjegat inkwistjoni iżda biex tħares is-sigurtà fin-natura tax-xogħol li bħalha FIAU tagħmel.
L-FIAU qed titlob li affidavit li ħa l-ex impjegat tagħha jitneħħa għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Fl-istqarrija tagħha, l-FIAU fakkret li artiklu erbgħa u tlettin tal-liġi dwar il-ħasil tal-flus ukoll isemmi l-kunfidenzjalità stretta dwar materji interni tal-FIAU.