Il-mexxej Katalan imkeċċi, Carles Puigdemont sejjaħ għal oppożizzjoni demokratika biex direttament tmexxi minn Madrid.
Dan filwaqt li kkundanna s-sospensjoni tal-awtonomija Katalana u wiegħed li jkompli jaħdem biex jibni pajjiż ħieles.
Reazzjoni li waslet wara li l-gvern Spanjol keċċa lill-Parlament ta’ Katalunja.
Tul il-jum ukoll, il-kontroll ta’ Katalunja ingħata lid-deputat Prim Ministru ta’ Spanja, Soraya Saenz de Santamaria.
Il-jum tal-Ġimgħa ra lill-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy iħabbar ix-xoljiment tal-parlament reġjonali u jneħħi lil Puigdemont minn mexxej Katalan filwaqt li jagħmel sejħa għal elezzjonijiet reġjonali.
Puigdemont, ddeskriva l-jum tal-Ġimgħa li fih seħħet id-dikjarazzjoni ta’ indipendenza bħala ġurnata b’sensibilita’ demokratika u ċivika.
Żied li l-parlament Katalan issodisfa dak li ċ-ċittadini Katalani vvuttaw għalih fis-sebgħa u għoxrin ta’ Settembru tal-elfejn u ħmistax.
Huwa kien qed jirreferi għar-referendum tal-indipenza organizzat mill-gvern Katalan f’dik id-data bi sfida ta’ deċiżjoni mill-Qorti Kostituzzjonali li kienet iddikjaratu illegali.