Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat iddiskuta aktar fid-dettal l-investiment ta’ Dubai Holding f’Malta waqt laqgħa maċ-Chairman ta’ Dubai Holding Abdulla Al Habbai u s-CEO Edris Al Rafi f’Dubai aktar kmieni din il-ġimgħa. Għal din il-laqgħa attenda wkoll Khalid Al Malik minn Dubai Holding u kif ukoll is-CEO ta’ Smart City Malta Deepak Padmanabhan.
Dubai Holding qalet li l-kumpanija tinsab ħerqana biex tara l-proġett ta’ Smart City jimxi ‘il quddiem u tinvesti aktar.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed iħares ‘il quddiem biex Smart City Malta tkompli tinvesti. Żied jgħid li l-proġett tal-Gvern li jiġi rilokat l-Istitut tal-Istudji Turistiċi, li se tkun qed tinkludi lukanda, se tagħti l-ħajja lil Smart City.
Iż-żewġ naħat qablu li jinsabu impenjati fuq il-proġett fejn Dubai Holding se tkun qed tevalwa aktar fid-dettal l-investimenti f’Malta.