Ftit metri l-bogħod mill-knisja ta’ San Publiju fil-Furjana, f’temp tipikament tar-rebbiegħa u bi ftit riħ li jaf joffri ix-xahar ta’ Mejju, l-organizzazjoni Flimkien Għal Ambjent Aħjar is-Sibt wara nofsinhar organizzat mixja kulturali mal-ġonna tal-Furjana li bdew mill-ġnien tal-Mall, komplew fil-ġonna tal-Argotti u spiċċaw f’Ta’ San Filippu.
Dawn il-mixjiet ilhom isiru għal dawn l-aħħar tmien snin, u sa mill-bidu tagħhom dejjem kienu ta’ suċċess. Fost il-mixjiet li saru b’taħdidiet interresanti u li ġibdu partecipazzjoni ġmielha, kien hemm dawk li saru f’ Ħal Tarxien, f’Ħaż Żebbuġ, f’Ħ’Attard u r-Rabat fost oħrajn.
Astrid Vella, li ilha attiva fi ħdan l-organizzazjoni għal diversi snin stqarret magħna li dawn it-tahdidiet informattivi qed ikomplu jagħmlu lil Maltin u l-Għawdxin aktar konxji u sensittivi għall-issues dwar wirt storiku u ambjentali.
Matul kull mixja, li tittella minn Flimkien Għal Ambjent Aħjar, dejjem ikun hemm taħdita interresanti dwar diversi aspetti ambjentali ħalli titkattar aktar kuxjenza u għarfien fost il-pubbliku Malti u Għawdxi.