Il-Parlament Reġjonali Katalan ivvota biex jiddikjara l-indipendenza minn Spanja, hekk kif il-Gvern Spanjol jidher li se jimponi tmexxija diretta. Dan il-pass irċieva sebgħin voti favur u għaxra kontra, u kien ibbojkoyjat mill-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni.
Iktar kmieni, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy qal lis-Senaturi li hemm bżonn tmexxija diretta sabiex jerġa jkun hem il-liġi, id-demokrazija u l-istabbilta f’Katalunja. Il-kriżi bdiet meta l-Katalani appoġġjaw l-indipendenza f’vot kontroversjali iktar kmieni dax-xahar.
Il-gvern Katalan qal li tlieta u erbgħin fil-mija li ħadu sehem fir-referendum, disgħin fil-mija kienu favur l-indipendenza. Iżda l-Qorti Kostituzzjonali Spanjola ddikjarat il-vot bħala wieħed illegali.
Is-Senat Spanjol għad irid jivvota jekk għall-ewwel darba hux se jkun qed idaħħal fis-seħħ Artiklu mija ħamsa u ħamsin tal-kostituzzjoni Spanjol, li jagħti l-poter lill-gvern jieħu l-miżuri meħtieġa biex jieħu l-kontroll ta’ reġjun f’każ ta’ kriżi.
Jekk dan isir, il-Gvern Spanjol ikun jista jkeċċi lill-mexxejja Katalani, u jieħu kontroll tal-finanzi tar-reġjun, il-pulizija u l-midja pubblika.