Il-Qorti ma tatx tort lil sid ta’ kelb tar-razza Rottweiler li ħataf tarbija ta’ ħdax-il xahar li kkaġunalu feriti ħfief fit-testikoli.
Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ntqal li kien hemm żewġ t’iklieb fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali.
In-nanna tat-tarbija, Desiree Camilleri ressqet bit-tarbija lejn il-klieb u qiegħdet it-tarbija fuq dahar kelb minnhom tar-razza Labrador.
Kien f’dan il-mument li n-nanna hi u tiggosta l-klieb, kelb ieħor tas-sid Robert Bugeja ħataf lit-tarbija mill-ħarqa.
Il-Qorti fakkret li l-kelb huwa annimal u m’għandux l-intellet tal-bniedem u għalhekk tefgħet it-tort kollu fuq in-nanna tat-tarbija li ressqet biċ-ċkejken viċin il-klieb.
Kien għalhekk li sid il-kelb, li għalih dehru l-avukati Charlon Gouder, Jonathan Attard u Joseph Gerada, inħeles minn kull akkuża.