Erba’ persuni tilfu ħajjithom wara li kienu abbord ferrovija li kienet involuta f’ħabta ma’ trakk tal-armata f’masġar f’Raasepori fil-Finlandja.
Tlieta minn dawk li tilfu ħajjithom huma suldati fl-armata u wieħed kien passiġġier fuq il-ferrovija. It-trakk kien qed iwettaq eżerċizzji militari fil-mumenti li seħħ l-inċident.
Minn tal-inqas seba’ persuni ndarbu fejn uħud minnhom ittieħdu l-isptar ta’ Helsinki biex jirċievu l-kura neċessarja.