Partit politiku fi New Zealand ġie ordnat iħallas is-somma ta’ $412,000 f’kumpens wara li wżaw kanzunetta ta’ Eminem mingħajr permess.
Il-partit uża l-kanzunetta għal reklam waqt l-elezzjoni, bil-kanzunetta li ntużat tkun bil-melodija simili għal dik ta’ Lose Yourself.
Il-kanzunetta, mgħotija l-isem ta’ Eminem-esque kellha ftit tibdiliet meta mqabbla mal-kanzunetta oriġinali, dan skont x’intqal fil-qorti.
Il-każ li jmur lura lejn Mejju hu wieħed fost l-ewwel li tkellem dwar l-legalitajiet dwar l-użu ta’ kanzunetti simili għal dawk li jkunu diġa’ ħarġu minn artisti oħrajn.