Nota li kiteb Albert Einstein li fiha kellha parir dwar kif tgħix ferħan ġiet mibjugħa f’Ġerusalem għal $1.56m.
Einstein kien ta l-ittra lil messaġġier f’Tokyo fl-1922 minflok xi ħaġa tal-flus bħala ringrazzjament.
Hu kien għadu kif sar jaf li rebaħ Premju Nobel għal fiżika u qal lill-messaġġier, li jekk hu xortih tajba, l-ittra se tkun tiswa ‘l quddiem.
Einstein issuġġerizza fl-ittra li meta tikseb ħolma ma jfissirx li din se tiggarantixxi li se tkun ferħan.