Surġent tal-Pulizija li kien off-duty innota żewġ persuni – mara ta’ 51 sena residenti San Pawl il-Baħar u ġuvni ta’ 19-il sena – li kienu qegħdin jisgassaw bieb ta’ residenza. Dan ġara l-bieraħ għal ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq id-Duluri, il-Pietà.
Is-Surġent tal-Pulizija intervjena mmedjatament u waqqafhom.
Kemm il-mara kif ukoll il-ġuvni ġew arrestati mill-Pulizija u qed jinżammu għall-iktar stħarriġ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.