L-Unjin Maltija tal-Infermiera u l-Qwiebel ħabbret li se tissospendi d-direttivi li kienu skedati biex iseħħu għada fl-isptarijiet.
Dan hekk kif il-Gvern laqa’ wħud mill-proposti tal-Unjin għall-ftehim kollettiv, u nhar it-Tlieta se jkunu diskussi proposti oħra f’livell ta’ Kabinett.
Huwa għalhekk li l-MUMN issospendiet id-direttivi kollha sa nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ottubru.