Meta jitkellem, hemm ħaġa waħda li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, mhux isemmi konxjament. Il-bżonn li ssir inkjesta fuqu wara li rtira l-libelli li kien għamel dwar allegazzjonijiet serji fil-konfront tiegħu minn Daphne Caruana Galiza. Peró Adrian Delia għandu jgħaraf li ma jistax jibqa’ jaħrab. Dan qalitu stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista b’reazzjoni għad diskors ta’ Adrian Delia fuq Radio 101.
Adrian Delia ddeċieda li jgħamel nofsiegħa ta’ diskors inkonsistenti fejn jidher biċ-ċar li jkun qed jipprova jara kif se joħloq bilanċ billi jgħid dak li jrid jgħid hu u dak li jridu jgħid ħaddieħor.
Bir-riżultat ikun li f’dan il-mument sensittiv spiċċa jkun partiġjan dwar qtil ta’ ġurnalista fejn l-interess tal-poplu, bħal tal-gvern, hu li ssir ġustizzja. Ħasra li biex ikun partiġjan Adrian Delia spiċċa jattakka wkoll miżuri bla preċedent biex issir ġustizzja, bħar-reward lil min jikxef l-informazzjoni temmet tgħid din l-istqarrija.