Surġent tal-Pulizija weġġa’ ġravi wara li ġie aggredit minn persuna ta’ nazzjonalità Barranija fi stabbiliment f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tas–siegħa ta’ filogħdu fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan.
Allegatament l-istabbiliment sejjaħ l-għajnuna tal-Pulizija meta persuna ta’ Nazzjonlaità barranija kienet qed tkun ostili fil-konfront ta’ persuni oħra li kienu fl-istess stabbiliment. Ir-raġel ma obdiex l-ordnijiet mgħotija lilu mill-Uffiċjali tal-Pulizija u kien f’dan il-ħin li ta daqqa ta’ ponn lis-Surġent tal-Pulizija.
Il-Pulizija arrestat lir-raġel u fejn ittieħed fl-Għassa ta’ San Ġiljan għal aktar stħarriġ, filwaqt li s-Surġent ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.