Fkelmtejn qabel ma ingħata bidu għal din il-mixja, Jeffrey Pullicino Orlando, f’isem l-Esplora saħaq li fuq saħħitna m’hawn xejn u kellu kliem ta’ tifħir għal din l-inizjattiva.
Min-naħa tagħha, s-sinjura Michelle Muscat, chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, fissret din il-mixja bħala waħda simbolika, bil-messaġġ tal-kampanja jkun Face Your Fear.
Is-sinjura Muscat spjegat kif din il-mixja qed issir fid-dlam imma nxtgħelu bosta postijiet roża u nxtegħlu xegħmat b’imħabba. Iddedikat din il-mixja biex il-pajjiz jintela baktar imħabba milli qatt kellu sissa.
F’kollegament li kellha fuq il-programm Pjazza s-sinjura Muscat iddeskriviet din il-mixija fid-dlam bħala waħda simbolika, hekk kif eventwalment twassal għad-dawl. Hekk ukoll l-importanza tal-prevenzjoni, għaliex għalkemm wieħed jista’ jibża jaffaċċja l-biżgħat tiegħu, jekk jiċċekkja u jieħu l-prevenzjonijiet meħtieġa, jista’ jasal biex ifieq.