Ġurnali Sqallin rrappurtaw li l-Guardia di Finanza ta’ Katanja u l-Brigata ta’ Lampedusa arrestaw lil Darren Debono li kien jinsab f’lukanda fil-gżira ta’ Lampedusa. Debono li għandu 43 sena qed mistenni jiġi trasferit fil-Ħabs f’Katanja.
L-istess Debono kien issemma wkoll minn Daphne Caruana Galizia fuq il-blog tagħha fejn iddeskrivitu bħala “sajjied” li jagħmel “negozju” mal-Libja.
Debono ma rreżistiex l-arrest, u għad irid ikun ivverifikat jekk dan wasalx fuq il-gżira permezz ta’ dgħajsa privata. Huwa nstab ma’ persuna oħra li ma hix taħt investigazzjoni u għaldaqstant ma ġietx arrestata. Il-Pulizija qalet li Debono kien plu fil-gżira madwar erbgħa u għxrin siegħa, u qatta’ il-lejl hemmhekk. Madanakollu għadha qed tivverifika għaliex kien f’Lampedusa u meta kien se jħalli l-gżira.
L-Awtoritajiet Taljani ħarġu mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront ta’ żewġ Maltin, Taljan u Libjan b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ traffikar ta’ fjuwil tal-kutrabandu mil-Libja.
Dan iż-żejt b’valur ta’ tletin miljun ewro kien qed jiġi ttrasportat bil-baħar mir-raffinerija Libjana ta’ Zawyia lejn l-Italja u pajjiżi oħra Ewropej.
L-awtoritajiet għaddejjin bit-tfittxija għal xi persuni oħra, Libjani li allegatament kienu kompliċi fis-serq u l-kuntrabandu taż-żejt.
Qed ikun irrapurtat li din l-attività kriminali kienet qed titmexxa minn Fahmi Mousa Saleem Ben Khalifa, magħruf bħala il-Malem, deskritt bħala wieħed mill-iżjed mexxejja b’saħħithom tal-milizzji Libjani assoċjati mal-ISIS.
Ivestigazzjoni mill-Asia Times qalet li l-kumpanija Maltija ADJ Trading kienet tintuża mill-vapuri tas-sajd jiġi traffikat il-fjuwil. Dan ġie kkonfermat ukoll min-Nazzjonijiet Uniti fl-2016. Il-kumpanija qegħdha fi stat ta’ xoljiment.
L-Avukat ta’ Darren Debono qal lill-Malta Today li Debono kien team kull relazzjoni kummerċjali li kellu ma Bin Khalida.
Rapporti juru li l-informazzjoni tat-traffiku marittimu juri d-dgħajsa Bonu 5, li kienet propjeta’ tal-kumpanija ta’ Debono – Andrea Martina avviċinat lill-Amazigh F u Basbosa Star fl-24 ta’ Settembru 2015 u li t-tlett dgħajjes kienu ħdejn xulxin.
L-operazzjoni qed jintqal li kienet tinvolvi aktar minn tletin vjaġġ biex jittrasportaw aktar minn tmenin miljun kilogramma ta’ gasoil għall-valur ta’ tletin miljun ewro.