Filwaqt li t-tender għall-ewwel fażi huwa magħluq, u dak tat-tieni fażi qiegħed fil-proċess tal-aġġudikazzjoni, illum nfetħet is-sejħa għat-tielet fażi tal-proġett tal-Marsa-Addolorata multilevel junction.
Din il-fażi tal-proġett hija l-akbar fażi fejn fost xogħlijiet oħra, l-akbar impatt f’din il-fażi ser jinħass bil-bini ta’ seba’ flyovers li huma maħsuba sabiex tissolva l-problema tal-konġestjoni u tiżdied is-sigurtà fit-toroq ta’ dawn l-inħawi. Il-flyovers ser jiġu mibnija bil-ħsieb li jidderieġu t-traffiku lejn il-lokalitajiet differenti u jiġu eliminati diversi traffic lights li jżommu t-traffiku mwaħħal minħabba l-istruttura preżenti tal-junction.