L-attriċi Lena Headey, magħrufa għall-irwol tagħha bħala Cersei Lannister fis-serje famuża mondjali f’Game of Thrones, akkużat lill-produttur Harvey Weinstein li ta fastidju sesswali.
Hi qalet li Weinstein kien “irrabjat” wara li rrifjutat l-avvanzi sesswali, spjegat permezz ta’ tweet fuq Twitter.
L-attriċi hi fost l-40 mara li qed jakkużaw lil Weinstein b’imġieba mhux xierqa.
It-Tlieta li għadda Weinstein irreżenja mill-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija tal-produzzjoni tal-films.
Hu qed ikun akkużat b’stupru, li ta fastidju sesswali mhux xieraq, iżda hu “ċaħad” kull allegazzjoni ta’ relazzjoni mingħajr kunsens.