“M’hu se jkun hemm l-ebda impunità għal ħadd, ġej minn fejn ġej.”
Dawn kienu parti mill-kliem ċari li uża l-Prim Ministru Joseph Muscat f’intervista li ta ftit tal-ħin ilu lill-istazzjon Amerikan CNN.
Hu u jagħti r-reazzjoni tiegħu għal qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia, Joseph Muscat spjega li Malta hija pajjiż fejn il-liġi hija supremau bħala Prim Ministru huwa qed jieħu l-każ b’serjetà kbira. “L-irwol tiegħi bħala Prim Ministru tal-Maltin kollha huwa li nara li ssir ġustizzja”, saħaq Joseph Muscat mal-ġurnalista tas-CNN Christiane Amanpour.
Il-Prim Ministru qal li Malta taf tgħix fit-tolleranza fejn kulħadd għandu d-dritt jesprimi l-opinjoni tiegħu u reġa’ tenna l-kundanna tiegħu għall-att barbaru li seħħ ilbieraħ.