Skejjel jinsabu magħluqin u mijiet ta’ eluf ta’ persuni għadhom mingħajr elettriku fl-Irlanda dan wara Ophelia laqtet il-British Isles.
L-iskejjel fl-Irlanda nżammu magħluqin għat-tieni jum konsekuttiv. Madwar 245,000 residenti u negozji jinsabu mingħajr elettriku fl-Irlanda.
L-allarm dwar it-temp issa tneħħa hekk kif il-maltemp mexa lil’hinn mir-Renju Unit.
Tliet persuni tilfu ħajjithom it-Tnejn li għadda hekk kif il-forzi tal-uragan laqtu lir-Repubblika tal-Irlanda.