Lestu l-umbrelel hekk kif ix-xita mistennija tirritorna wara diversi jiem ta’ xemx fi tmiem din il-ġimgħa.
Skont rapport ta’ FirstMalta jidher li l-pressjoni tal-arja fuq Malta se tibda’ nieżla bil-mod mil-livelli preżenti ta’ 1025hPa għal-livell ta’ 1014hPa nhar il-Ġimgħa, dakinhar stess se nistennew ammont ta’ xita. Mistennija wkoll xi sajjetti viċin tal-gżejjer Maltin.
L-eqqel tax-xita mistennija tolqot lil gżejjer Maltin il-Ġimgħa 20 ta’ Ottubru bejn wara nofsinhar u matul il-lejl, iżda xi xita rxiex mistennija tilħaq f’forma iżolata kemm l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru u kif ukoll il-Ħamis. Iżda din ix-xita mistennija tkun minima.