Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, ħabbar li mis-Sajf li ġej, il-linja nazzjonali tal-ajru se tibda topera titjiriet diretti lejn Kjiv fl-Ukrajna.
Increased connectivity: New @Airmalta direct flight to #Kiev as from next summer. @presidentMT @MTAMalta
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) October 17, 2017
Id-destinazzjoni l-ġdida għall-Air Malta ssegwi diskussjonijiet waqt żjara statali fil-kapitali Ukrena tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-President ta’ Malta qalet li l-konnettività bl-ajru huwa l-pass li jmiss biex iż-żewġ pajjiżi jkomplu jsaħħu r-relazzjoni.
Qalet ukoll li se tagħti l-opportunità lill-Maltin u lill-Ukreni jagħżlu l-pajjiżi rispettivi bħala d-destinazzjoni għall-btala tagħhom.
L-aħbar tajba ġiet ħamest’ijiem biss wara li l-Air Malta ħabbret li se tibda topera servizz skedat ta’ darbtejn fil-ġimgħa lejn l-ajruport ta’ Comiso ta’ Sqallija, kull nhar ta’ Ġimgħa u nhar ta’ Ħadd mis-17 ta’ Diċembru li ġej.