L-Istati Uniti appellat għall-kalma wara li l-forzi tal-gvern tal-Iraq ħadu l-kontroll tal-belt fit-Tramuntana Kirkuk u żoni importanti mingħand il-Kurdi.
Heather Nauert, kelliema tad-dipartiment tal-Istat, appellat lil dawk kollha involuti biex jevitaw iktar ġlied.
Suldati tal-Iraq daħlu f’Kirkuk tlett ġimgħat wara li r-reġjun tal-Kurdistan għamel referendum kontroversjali fuq l-indipendenza.
Huma qed jimmiraw li jieħdu taħt idejhom żoni li jinsabu fil-kontroll tal-Kurdi mindu l-militanti tal-Istat Iżlamiku ħakmu r-reġjun.