13:12: L-esperti Olandiżi bħalissa għaddejin bil-ħidma tagħhom fejn qed jiġbru kampjuni minn mal-art.
11:44: Sorsi qrib l-investigazzjoni sosntew li l-esperti forensiċi Olandiżi waslu fuq il-post.
10:21: Esperti forensiċi mill-Olanda waslu Malta u jinsabu fi triqthom lejn ix-xena.
10:10: Bħalissa minn fuq il-post.
08:50: Wara kważi 19-il siegħa minn x’ħin seħħ il-każ in-numru ta’ Pulizija qed jiżdied u ftit minuti ilu bdiet tintrema tinda oħra ftit metri bogħod mill-għalqa fejn tinsab il-karozza.
08:15: Ma sbieħ ix-xemx il-Pulizija tax-xena tar-reat komplew janaliżżaw it-triq minn fejn għaddiet DCG qabel splodiet il-karozza. Sabiex jassisti lill-Pulizija qiegħed jintuża drone sabiex ikun jista jieħu aerial photos tat-triq.
06:15: Fuq il-post bdew ġejjin aktar membri tal-Explosive Ordenance mill-Forzi Armati ta’ Malta.
05:45: It-triq prinċipali tal-Bidnija għadha tinsab magħluqa u taħt sigurta stretta minn diversi uffiċjali tal-Pulizija. Fis-siegħat li ġejjin mistennija jaslu wkoll l-uffiċjali Amerikani li ġew imsejħa apposta sabiex jassistu lil Pulizija u Forzi Armati Maltin fl-investigazzjoni tad-delitt.