Bandisti mill-Banda Sagra Familja tal-Kalkara u l-Banda San Gorġ ta’ Bormla marru dal-għodu qed iżuru l-iskejjel Primarji tal-Kalkara u ta’ Bormla fejn hemmhekk qed iwasslu Storja lill-istrudenti permezz tal-istrumenti tal-banda. Kif saħħqu il-kordinaturi tal-proġett Jessica Ellul u Clinton Cutajar, li huma wkoll assistenti surmastrijiet tal-baned li qed jipparteċipaw, dan il-proġett qed jieħu l-baned fl-iskejjel biex b’hekk l-istudenti filwaqt li jgawdu parti mill-kultura Maltija jitħajru wkoll jieħdu sehem fil-baned maltin.
Dan il-proġett, bl-isem ‘BandaStorja’ qed jintlaqa’ tajjeb mit-tfal bejn 5 u 10 snin u filfatt hemm il-pjanijiet biex isir ġo iktar skejjel. ‘BandaStorja’ huwa ffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti taħt il-fond Komunitajiet Kreattivi.