Simon Busuttil tilef kawża ta’ libell li fetaħ kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat u s-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Lydia Abela, bħala rappreżentanti tal-istess partit.
Busuttil kien ħassu malafamat bi stqarrija tal-Partit Laburista dwar il-każ fejn ix-xufier tiegħu kien investigat. Dakinhar il-Partit Laburista kien qal li bil-kejl tiegħu Simon Busuttil kellu jġorr responsabbilità politika sħiħa. Madankollu Busuttil ħassu malafamat u fetaħ kawża l-Qorti.
Il-Qorti qalet li Busuttil kellu ċans iwieġeb kif fil-fatt għamel bi stqarrijiet u li ma kien hemm xejn malafamanti fl-istqarrija tal-Partit Laburista, bil-kontenut kien kumment politiku “b’kummenti ġusti għalkemm iebsin.”