Waslet il-ġurnata mistennija ferm għal-88 żagħżugħ u żagħżugħa li llum se jtemmu uffiċjalment ir-reklutaġġ tagħhom u jibdew il-karriera tagħhom fl-Armata. It-tnejn filgħodu saret dik li hi magħrufa bħala l-passing out parade li timmarka t-tmiem ta’ reklutaġġ ieħor fil-Forzi Armati ta Malta.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja hemm il-Ministru għall-Intern Dr Michael Farrugia kif ukoll il-Brigadier tal-Forzi Armati Jeffery Curmi fejn se jkunu qed jispezzjonaw lis-suldati l-ġodda.
Fost dawn it-88 suldat hemm 9 nisa u 14-il suldat Għawdxi.