IL-bieraħ għall-ħabta tad-21:45, Raġel ta’ 38 sena residenti Bormla tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Kawasaki Ninja u waqa’ mal-art. Li-inċident seħħ fi Triq l-Iskal, Marsaskala.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post flimkien ma ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Y. Micallef Stafrace LL.D fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.