Tard wara nofsinhar il-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm ġlieda bejn numru ta’ immigranti fil-Marsa.
Fuq il-post minnufih marru numru ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit sabiex jikkalmaw is-sitwazzjoni. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni nqalha argument bejn numru ta’ persuni fejn waqt l-istess argument tkissru xi fliexken tal-ħġieġ.
Kif jixhdu r- ritratti, wara l-argument l-Pulizija ġegħlet lill-persuni inaddfu t-triq sabiex ineħħu kull periklu li nħoloq bil-ħġieġ imkisser.
Ħadd ma weġġgħa f’dan l-argument.