Il-Ħadd 22 t’Ottubru se tkun qed issir mixja bl-annimali f’Ħal Qormi.
Din il-mixja għandha l-għan li tkompli tibgħat messaġġ favur il-kuxjenza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-annimali.
Il-fondi miġbura minn din il-mixja se jmorru għand il-Fondazzjoni Malta Guide Dog.
Il-mixja li titlaq minn quddiem il-Klabb tal-Boċċi ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi se tasal sas-Santwarju tal-Madonna tal-Ħlas.
Din il-mixja qed tiġi organizzata b’kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi u l-Qormi Athletic Club.