Erba’ persuni tilfu ħajjithom u sitt persuni ndarbu wara li ajruplan tal-merkanzija ġġarraf fil-baħar qrib il-Kosta tal-Ivorju ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Abidjan.
Il-fdalijiet tal-ajruplan inġarru bil-kurrent fuq bajja fejn fuqha kien hemm persuni tas-salvataġġ lesti biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-persuni li kienu għadhom ħajjin.
L-ajruplan kien wieħed li jġorr il-merkanzija għall-armata Franċiża fejn iġġarraf waqt li kienet nieżla xita qawwija qrib Port-Bouët.