Il-kanċillier, Philip Hammond sejjaħ lin-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea dwar Brexit bħala għedewwa.
Rimarka li aktar tard, iddeskriva bħala għażla fqira ta’ kliem.
Philip Hammond sejjaħ ukoll lin-negozjaturi bħala l-avversarji u qal li għandhom iġibu ruħhom ta’ adulti.
Hammond jinsab f’Washington għal-laqgħa tal-fond monetarju internazzjonali u kien ikkritikat talli qal li l-proċess ta’ Brexit ħoloq inċertezza.