Kaċċaturi San Ubertu ikkundannaw atti vandali li saru fil-viċinanzi t’Għajn Żejtuna fil-Mellieħa. Dan huwa t-tieni attakk fl-istess inħawi fi ftit jiem, f’żona li fiha hemm annimali u pjanti li għandhom bżonn kull protezzjoni.
Fi stqarrija Kaċċaturi San Ubertu qalu li rċevew rapporti riċenti dwar ħamiem ivvalenat minn residenti li xtaqu jibqgħu anonimi.
F’dawn l-inħawi hemm fost l-ikbar ammont ta’ tajr protett f’Malta. Kaċċaturi San Ubertu jemmnu li l-għasafar qed ikunu avvelenati minħabba l-ħoss li jagħmlu u l-ħmieġ li jħallu.
Appellaw lir-residenti jkunu viġilanti u jirrapportaw każijiet t’abbuż.