Il-bieraħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs , il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit, osservaw żewġt irġiel suspettużi ġewwa Triq il-Bajja, San Ġiljan.
Iż-żewġ persuni ta’ nazzjonalita’ Albaniża, kienu suspettati li setgħu kienu involti f’serqa, għadaqstant, ġew avviċinati mill-Pulizija, fejn meta ġew infurmati bl-arrest tagħhom, wieħed mill-persuni ħareġ arma tan-nar u ppuntaha lejn iż-żewġ Pulizija, filwaqt li pprova jafas il-grillu bosta drabi, pero fortunatament ma ġie sparat l-ebda tir.
Il-Pulizija rnexxiela tarresta liż-żewġ persuni, li għandhom 25 u 26 sena u dawn ittieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Puliziija għall-iżjed stħarriġ. Iż-żewġ membri tar-Rapid Intervention Unit ittieħdu ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana, fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief, kif ukoll xokk.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.