Raġel ingħata sentenza sospiża u kien immulatat is-somma ta’ €6,000, wara fil-bagalja li tilef instabu għadd ta’ għasafar protetti mejtin. F’sentenza li ta aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Maġistrat sab lir-raġel ħati li illegalment importa għadd ta’ għasafar mir-Rumanija fil-bagalja tiegħu.
Ir-raġel inqabad mill-Uffiċjali tal-Ajruport meta l-bagalja tiegħu, li waslet tlett ijiem warajh, kellha riħa tinten qawwija ħierġa minnha u xħin fetħuha sabu tliet għasafar tal-ispeċi Brajmla Ħamra u Blonġun Żgħir. Il-Qorti rrevokatlu wkoll il-liċenzja tal-kaċċa għal għomru.