Asterojdi id-daqs ta’ dar se tgħaddi qrib id-Dinja.
Il-blata spazjali hija mistennija tgħaddi bejn id-Dinja u l-qamar tagħna f’distanza ta’ madwar 42,000km (26,000 mil), b’hekk tiġi fi ħdan l-orbita tal-qamar u eżatt ftit ‘il fuq mill-għoli i fih jittajru s-satelliti ta’ komunikazzjoni.
Ix-xjentisti tan-NASA iżda, li ilhom għal dawn l-aħħar xahrejn isegwu dan il-viżitatur ġebli ġdid, qalu li mill-kalkoli tagħhom jidher li l-asterojdi mistennija tiżgiċċa minn mad-Dinja mingħajr ma toħloq ebda theddida.
Minflok, huma se jużaw dan l-inkontru mill-qrib biex jipprattikaw għal każijiet potenzjali li d-Dinja tkun milquta fil-futur.