Aktar familji barranin, jagħżlu li jinvestu f’pajjiżna. Piltz LTD flimkien ma’ Piltz MLT, żiedu l-operat tagħhom, dan wara li f’Awwissu li għadda wirtu apparat li bih ser ikomplu jinvestu f’pajjiżna.
Piltz LTD flimkien ma’ Piltz MLT huma żewġ kumpaniji li raw il-bidu tagħhom fl-1969, minn familja Ġermaniża. F’Awwissu li għadda din il-familja wirtet magni mingħand persuna Ġermaniza, li permezz ta’ dawn il-magni, il-kumpanija kompliet tinvesti f’aktar makkinarju li permezz tiegħu il-kumpanija ser tilqa’ aktar ħaddiema u tkompli tinvesti.
Il-Ministru Chris Cardona waqt l-open day tal-kumpanija spjega kif Malta għandha tirringrazzja lill-Familji Ġermaniżi għaliex kienu minn tal-ewwel fl-Ewropa li investew f’pajjiżna. Huwa spjega ukoll kif l-isem ta’ waħda mill-kumpaniji, jiġifieri Piltz MLT jixhed l-imħabba ta’ din il-familja lejn pajjiżna. MLT mhux biss huma ittri ta’ tifsira għall-makkinarju tal-kumpanija iżda wkoll għall-pajjiżna.
https://youtu.be/u2S3nkQVaJI